Il-festa esterna gewwa Bormla, ghal kuntrarju ta' hafna lokalitajiet ta' Malta, jiehu hsieb li jorganizzaha l-Kumitat Festi Esterni Marija Immakulata, jew kif inhu maghruf bhala c-Centru 19 ta' Novembru 1944. Din l-ghaqda tiehu hsieb l-armar kollu li jintrama fit-toroq ta' Beltna kemm fil-jiem tal-Festa, kemm fi zmien il-Gimgha Mqaddsa u l-Ghid, u festi Sekondarji bhal ma huma Pentekoste, tar-Ruzarju u San Guzepp bid-differenza li dawn ta' l-ahhar jintrama biss madwar il-knisja.
Il-festa esterna gewwa Bormla tibda ta' kull sena fil-Jum tal-5 ta' Dicembru, Jum il-Madonna, kif inhu maghruf maghna l-Bormlizi, fejn wara l-quddiesa, banda mistiedna, tibda marc minn quddiem il-Knisja li jmur lejn in-nahiet ta' Fuq San Pawl, bl-istatwa tal-Madonna li wara titghella fi Pjazza Paolino Vassallo.
L-ghada, is-6 ta' Dicembru, il-Banda lokali, tibda marc minn quddiem il-Kazin taghha fi Pjazza Paolino Vassallo, u hekk kif jasal quddiem il-Knisja Parrokkjali, jakkumpanja l-istatwi tal-Papa Piju IX (xoghol Guzeppi Caruana tal-Marcjol) u tal-Madonna Inkurunata, xoghol is-Surmast Pawlu Aquilina. Dawn f'atmosfera kemxejn brijjuza jghaddu min-nahiet ta' Verdala u ta' Santa Margerita u wara jitghellu fuq il-Kolonni taghhom fi Pjazza Paolino Vassallo u fi Triq ix-Xatt ta' Bormla.
Lejlet il-Festa, isiru zewg marci mill-Banda mistiedna u dik lokali li wara taghmel programm. Wara jkun hemm il-loghob tan-nar ta' l-art!
F'jum il-Festa, fis-1.00pm isir il-marc tradizzjonali li jibda minn S. Gwann t'Ghuxa u jintemm quddiem il-Knisja ghall-habta tal-5.00pm. Fil-ghaxija jkun hawn diversi marci minn erba' baned mistiedna li whud minnhom jakkumpanjaw il-Purcissjoni li tibda hierga fis-6.00pm u tidhol lura ghall-habta tal-10.15pm.